“Biex tagħti daqqa t’id kulma trid ftit ħin u li tisma’”

Fl-2019, Sophie (42) bdiet bħala voluntiera ma’ France Terre d’asile għax riedet tgħin lir-refuġjati jintegraw fil-pajjiż. Ftit wara ltaqgħet ma’ Souse mill-Etjopja, martu Bountou, u ż-żewġ uliedhom. Minn dakinhar ’il hawn bnew ħbiberija li għadha ħajja sal-lum. “Irrid nittratta lil ħaddieħor kif nixtieq li jittrattawni.”

Ta’ spiss Sophie żżur lil Souse u Bountou u dawn jilqgħuha daqslikieku waħda minnhom. Sophie tgħid li huma, “Veru familja minn tagħna. Jagħmlu minn kollox biex tħossok milqugħa. Jien nipprova nżurhom meta ma jkunx il-ħin tal-ikel biex ma ntihomx aktar xogħol milli għandhom, imma Bountou u Souse dejjem jikkonvinċuni biex nibqa’ magħhom għall-ikla.” Souse tgħid, “Sophie waħda minna.”

Minn meta Souse kisbet l-istatus ta’ refuġjata, li ssib xogħol saret il-prijorità tagħha. Sophie għenitha billi tatha daqqa t’id tikteb is-CV, mexxietha tul  il-proċeduri amministrattivi, u tatha pariri kemm jista’ jkun. Sophie tgħid, “Ir-refuġjati jsibu ma’ wiċċhom wisq ostakli biex jintegraw ruħhom u jaċċessaw id-dinja professjonali. Nammira l-perseveranza ta’ Souse, għax minkejja l-ħafna sfidi ma taqtax qalbha.”

Aqra aktar

‘Espressjoni ta’ umanità’

Meta it-tifla l-kbira ta’ Souse u Bountou li għandha sitt snin bdiet l-iskola, Sophie għenitha wkoll. Ommha u missierha għadhom ma jitkellmux bil-Franċiż, u għalhekk sabuha diffiċli jgħinuha fl-iskola. Imma waqt il-vaganzi Sophie offriet li tirrevedi magħha x-xogħol li għamlu u għenitha tifhem is-sistema tal-iskola aħjar. Minn dakinhar ’il hawn, il-livell tal-Franċiż tagħha tjieb.

Sophie trabbiet il-Ġermanja, f’pajjiż li ma twilditx fih. Missierha oriġinarjament mill-eks Jugoslavja, u kien irnexxielu jitlaq qabel bdiet il-gwerra. Sophie trabbiet taf li l-atroċitajiet madwar id-dinja kollha jisfurzaw lin-nies iħallu kollox warajhom, u jkollhom jerġgħu jibdew ħajjithom mill-ġdid xi mkien ieħor. Sophie tistqarr “Jiena voluntiera għax irrid li nittratta lil ħaddieħor kif jien nixtieq li jittrattawni. Għalija, xogħli espressjoni ta’ umanità u opportunità, mhux biex forsi nibdel id-dinja, imma biex forsi ninfluwenzaha ftit u nħalli impatt pożittivi fuq il-ħajjiet ta’ nies oħra. Fl-aħħar mill-aħħar, biex tagħti daqqa t’id kulma trid ftit ħin u li tisma’.”

Sluiten