Familja ġdida

Mill-ġnien tagħha Maria laqgħet lill-ġar ġdid tagħha mis-Sirja bil-kliem “Salaam alaikum!” Dawk iż-żewġ kelmiet kienu l-bidu ta’ ħbiberija mill-isbaħ. “Fil-fatt, aktar minn hekk sirna familja. Jien u Wim issa għandna erba’ neputijiet.”

“Hawn dar bil-bieb dejjem miftuħ: meta jridu, it-tfal ta’ Ahmad u Heba dejjem jistgħu jgħaddu s’hawn. Normalment jgħaddu wara l-iskola, għax ovvjament in-nannu u n-nanna dejjem ikollhom il-ħelu fid-dar,” tidħaq Maria. “Jieħdu kikkra te, jgħidu kelmtejn fuq l-iskola, jaqbżu fuq it-trampolin li  għandna fil-ġnien...jekk Heba ma ssibx lit-tfal, mill-ewwel tirrealizza li qegħdin magħna. Ta’ spiss jibqgħu magħna għall-ikla wkoll, speċjalment meta nagħmel il-platt favorit tagħhom. Jien u Wim issa għandna erba’ neputjiet.”

Daqs sitt snin ilu, Maria rat lill-ġar il-ġdid tagħha mis-Sirja jaħdem fil-ġnien. Laqgħatu b’waħda mill-ftit frażijiet Għarab li taf, “Salaam alaikum!” Minn dawk iż-żewġ kelmiet qabdu konverżazzjoni aktar bis-sinjali milli bil-kliem, għax il-ġar Ahmad ma kienx għadu jitkellem bl-Olandiż, u ftit li xejn kien integra. Imma b’daqshekk ma qagħadx lura milli jistieden lil Maria u lil żewġha Wim f’daru li jaqsam ma’ Heba. Dak kien il-bidu ta’ ħbiberija li għaddiet mit-test taż-żmien.

Aqra aktar

Lezzjonijiet tal-għawm

Fl-ewwel sena, Maria u Wim għenu l-familja anki b’mod prattiku, irranġaw lezzjonijiet tal-isport għat-tfal u ttraduċew rapporti tal-iskola u ittri tal-gvern. Maria tgħid, “Dawk l-ittri kollha kkumplikati... ittri li jiena stess bħala Olandiża li l-lingwa Olandiża għalija hija nattiva insibhom diffiċli, aħseb u ara għal xi ħadd li ma jitkellimx bl-Olandiż tajjeb. Daqqa t’id lir-refuġjati tkun manna mis-sema. Veru li hemm aġenziji li jgħinu, imma xorta kollox iebes. Li Ahmad u Heba setgħu jħabbtu fuq il-bieb tagħna ffrankalhom ħafna inkwiet.”

Wim irrakkonta kif darba kien qed isuq u ra lil Ahmad iffriżat fuq ir-rota, biż-żewġ subien il-kbar warajh fuq ir-rota xagħarhom għasra. “Dak iż-żmien, meta kienu għadhom jaslu, Ahmad ma kellux liċenzja tas-sewqan, u għalhekk fl-eqqel tax-xitwa, kien jaqdef 14-il kilometru mid-dar għall-pixxina u lura. “Ma jistax ikun” għedt bejni u bejn ruħi, u għalhekk issuġġerejtlu li ’l quddiem insuq lit-tfal sal-pixxina għal-lezzjonijiet tal-għawm.” Marija titbissem b’dil-memorja. “Nanna, ġibthieli l-malja?!” kien jgħajjat Najm mill-bitħa tal-iskola xħin konna mmorru għalih u għal ħuh biex niħduhom għal-lezzjonijiet tal-għawn. Kienet ċara li Najm kien ħerqan biex juri lil sħabu tal-klassi li hu wkoll għandu nanna fl-Olanda.”

Tapizzerija tal-għamara 

Issa Maria u Wim qegħdin saħansitra f’kuntatt man-nanniet ‘ta’ veru’ tas-Sirja. Maria tgħid li “Ta’ spiss nibgħatilhom xi ritratt meta nkunu mat-tfal.” “Kieku wliedi kellhom jaħarbu mill-pajjiż, jien ukoll inkun irrid naf li hemm min jieħu ħsiebhom. Bħala ġenitur, tinkwieta: Kif inhi l-ħajja hemm? Kif sejrin f’pajjiż barrani?”

Maż-żmien, il-ħajjiet taż-żewġ familji aktar ingħaqdu, minn barbikjus flimkien fis-sajf għal vaganzi flimkien kamping. Maria u Wim għenu wkoll lil Ahmad jibda n-negozju tiegħu. Maria tgħid, “Ahmad kien ilu jaħdem fil-bini, u stajt nirrealizza li ma kienx kuntent. Għedtlu: ‘Jekk trid, kompli aħdem hemm, imma x’taħseb jekk issib xi ħaġa li tieħu gost tagħmel.’”

Dik ix-xi ħaġa li jieħu gost jagħmel kienet it-tapizzerija tal-għamara, xi ħaġa li għal Ahmad, li fis-Sirja kien ħajjat, kienet tagħmel aktar sens. Ahmad, flimkien ma’ Maria, kiteb il-pjan tan-negozju, u ħaten Maria għenu jagħmel website. Maria tgħid, “Issa għaddiet sena, u n-negozju ta’ Ahmad veru sejjer tajjeb. Kburija immens bih. Fil-verità kburija b’kollha kemm huma, għax it-tfal ukoll sejrin tajjeb l-iskola u għamlu ħafna ħbieb. Fi żmien qasir, bnew ħajja ġdida fin-Nederlands. Ninżagħlom il-kappell!”

Sluiten