Give solidarity a chance

Iffirma l-petizzjoni għal politika Ewropea dwar ir-refuġjati aktar umana!

Ir-refuġjati fl-Ewropa jiffaċċjaw klima ta’ ostilità. Mal-fruntieri tagħna, nisa, irġiel u tfal jiġu rrifjutati u jesperjenzaw vjolenza gravi. Dawk li jirnexxilhom jidħlu ħafna drabi jispiċċaw jgħixu f’ċentri ffullati wisq jew f’kundizzjonijiet inumani.

Wasal iż-żmien ta’ bidla! Flimkien ma’ organizzazzjonijiet ta’ refuġjati mifruxa mal-Ewropa, aħna nitolbu sistema Ewropea tal-ażil umana b’għeruqha jkunu s-solidarjetà. Fil-ħajja ta’ kuljum, ħafna juru solidarjetà mar-refuġjati; issa wasal iż-żmien biex ikunu l-politikanti tagħna li jipproteġu lir-refuġjati u jbiddlu s-sistema falluta. Ingħaqad magħna u semma’ leħnek! Agħti ċans lis-solidarjetà u ffirma l-petizzjoni!

Aqra aktar

Vjolenza mill-pulizija, pushbacks perikolużi u perjodi bla tmiem f’kampijiet iffullati żżejjed: ir-refuġjati qed isibu ma’ wiċċhom ostilità dejjem tiżdied mal-fruntieri Ewropej. Imma d-drittijiet umani tagħhom mhux biss qed jinkisru mal-fruntieri tagħna; ħafna drabi refuġjati mal-Ewropa jgħixu f’ċentri ta’ “akkoljenza” inumani jew saħansitra fit-toroq.

Skont is-sistema Ewropea tal-ażil ta’ bħalissa, l-ewwel pajjiż li refuġjat jasal fih huwa responsabbli għall-proċedura ta’ akkoljenza u ażil tar-refuġjat. Pajjiżi bħall-Greċja, l-Italja u Malta rċivew għad sproporzjonat ta’ refuġjati, waqt li stati membri oħra tal-UE fallew milli juru solidarjetà u injoraw sejħiet urġenti għal għajnuna u rilokazzjoni. L-eżitu ta’ dan kien skoraġġiment ta’ politika u pusbacks. Din is-sistema inġusta u mkissra twassal għal ksur ta’ drittijiet umani u kaos, u tħalli lil ħafna refuġjati vulnerabbli u bla protezzjoni fl-UE.

Aħna nitolbu lill-politikanti Ewropej biex jaħdmu flimkien u jbiddlu din is-sistema kurrenti. Nitolbu sistema Ewropea ta’ ażil ibbażata fuq is-solidarjetà. Pajjiżi tal-UE iridu jaqsmu r-responsabbiltà għall-akkoljenza u l-protezzjoni tar-refuġjati, jassiguraw kundizzjonijiet ta’ għajxien umani u rotot sikuri fi ħdan l-UE. Wasal iż-żmien biex issemma’ leħnek! Agħti ċans lis-solidarjetà u ffirma l-petizzjoni

Sluiten